Mara tiġi mċaħħda milli ssiefer “għax allegatament kellha l-ħsieb li tagħmel abort”

Il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa tisħaq li l-mara kienet vittma ta’ vjolenza domestika

Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa ħabbru li persuna tqila b’tarbija li spiċċat vittma ta’ vjolenza domestika kienet ġiet imwaqqfa milli ssiefer minn pajjiżna “għaliex kienet qegħda tiffaċċja allegazzjonijiet folox li kienet ser twettaq abort.”

Dan wara li s-sieħeb tal-mara ippreżentat mandat ta’ inibizzjoni fil-konfront tagħha, mandat li l-fondazzjoni saħqet li “ilu ġimgħa operattiv, u se jibqa’ hekk sakemm il-Qorti tasal għad-deċiżjoni tagħha: safrattant, id-drittijiet fundamentali tagħha, u l-libertajiet fundamentali tagħha, qegħdin jinkisru.”

“Din id-deċiżjoni mhix biss għall-kuntrarju tad-dritt tal-moviment tagħha, iżda huwa wkoll ksur tad-dritt fundamentali tagħha għall-privatezza, u kif ukoll każ ta’ diskriminazzjoni evidenti għaliex sempliċiment hija mara.”

FIlwaqt li r-reat tal-abort għadu wieħed illegali skont il-Kodiċi Kriminali, dan kien l-ewwel każ fejn sempliċi theddida li mara kienet sejra tirrikorri għal din il-proċedura, li hija legali fl-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea apparti Malta u l-Vatikan. 

Il-Fondazzjoni saħqet li hija se tkompli tiġġieled din il-battalja, “u nassiguraw li din mhux se tkun l-aħħar deċiżjoni tal-Qrati f’dan il-każ.”

Share With: