Marash Kumbulla fir-radar ta’ Roma

Hekk kif kollox kien jidher li d-difensur ta’ Manchester United, Chris Smalling, kien se jmur lura ma’ Roma fis-Serie A Taljana, inqala’ intopp li jista’ jwaqqaf għal kollox dan it-trasferiment.

Jidher li n-negozjati li kellhom iseħħu bejn iż-żewġ partijiet mhux qed iħallu r-riżultati mixtieqa bil-Giallorossi bħal donnhom qed jaqtgħu qalbhom.

B’hekk id-direttur sportiv Giallorosso, Morgan De Sanctis, għandu pjan B f’dan ir-rigward hekk kif se jkunu qed jaraw aktar mill-viċin il-progress tad-difensur ta’ Hellas Verona, Marash Kumbulla. Dan tal-aħħar għandu 20 sena u wera kwalitajiet difensivi mill-aqwa kemm ilu jilgħab fi Stadio Bentegodi. F’żewġ staġuni kemm ilu magħhom, il-player Albaniż lagħab 26 partita u skorja goal wieħed.

Sadanittant il-club mill-belt kapitali Taljana diġa għamel offerta ta’ €30 miljun għal dan il-player għalkemm iridu joqogħdu attenti minn Lazio u Inter li wkoll jixtiequ s-servizzi tiegħu.

Share With: