Marash Kumbulla joqrob aktar viċin Roma

Roma huma issa ferm viċin li jiksbu s-servizzi tal-player internazzjonali Albaniż, Marash Kumballa. Huwa għandu 20 sena u jinsab reġistrat ma’ Verona.

Jidher li dan it-trasferiment se jseħħ b’mod imminenti bid-diriġenti Giallorossi jidhru sodisfatti b’dak li qed jagħmlu.

Kumbulla jilgħab bħala difensur u matul l-istaġun li għadda lagħab 28 partita mal-Gialloblu u mistenni jingħaqad mat-team mill-belt kapitali Taljana għas-somma ta’ €30 miljun.

Sadanittant rapporti minn Ruma qed jgħidu li l-ogħla awtoritajiet tal-club għadhom ma qatgħux qalbhom li jieħdu lura lil Chris Smalling mingħand Manchester United u għadhom jinnegozjaw ma’ dawn tal-aħħar sabiex iseħħ dan.

Share With: