Marcos Senesi fir-radar ta’ Napoli

Hekk kif id-difensur mis-Senegal, Kalidou Koulibaly, jinsab ferm viċin li jingħaqad ma’ Paris St Germain, id-diriġenti ta’ Napoli qed jirsistu sabiex isibu sostitut denju għalih. Il-Partenopei qed iħarsu lejn il-progress tad-difensur Arġentin ta’ Feyenoord, Marcos Senesi.

Id-direttur sportiv ta’ Napoli, Cristiano Giuntoli ,jinsab f’taħditiet mad-diriġenti ta’ Feyenoord sabiex jikkonkludu dan it-trasferimenti. Il-coach ta’ Napoli Gennaro Gattuso jara lil dan il-player ta’ 23 sena bħala wieħed ideali fl-iskema tattika tiegħu fejn minbarra t-tul li għandu, diġá għandu awtoritá f’dan id-dipartiment tant importanti tal-ground.

Senesi lagħab biss 16-il partita ma’ Feyenoord wara li ngħaqad magħhom fis-sena 2019 mingħand San Lorenzo.

Share With: