Mario Gotze fir-radar ta’ West Ham

Id-diriġenti ta’ West Ham United jinsabu għaddejjin b’ħidma bla heda biex jieħu lejn London Stadium lill-attakkant internazzjonali Ġermaniż, Mario Gotze.

Dan il-player ta’ 28 sena  għadu kemm ħalla lil Borussia Dortmund wara staġun ferm diżappuntanti. Huwa qed iħares lejn il-possibbiltá li jagħti ħajja lill-karriera tiegħu ma’ club mill-Premier League Ingliż u l-Hammers jistgħu jkunu s-soluzzjoni.

Gotze jibqa’ magħruf għall-goal rebbieħ li skorja fis-sena 2014 fit-Tazza tad-Dinja li saret fil-Brażil. Huwa kien skorja dan il-goal fil-finali kontra l-Arġentina fir-rebħa ta’ 1-0.

Matul dan l-istaġun, Gotze lagħab biss 15-il partita ma’ Borussia Dortmund matul dan l-istaġun u skorja tliet goals.

Share With: