Matteo Darmian ma’ Inter?

Id-difensur ta’ Parma, Matteo Darmian, huwa ferm viċin li jingħaqad ma’ Inter. Il-player ta’ 30 sena se jmur jilgħab fi Stadio San Siro għas-somma ta’ €2.5 miljun. Il-player ġie kkuntattjat personalment mill-coach ta’ Inter, Antonio Conte, li jixtiequ jagħmel parti mill-iskwadra tiegħu għall-istaġun li ġej.

Darmian ingħaqad ma’ Parma mingħand Manchester United fil-bidu tal-istaġun li għadda u deher fi 33 partita. Minkejja kollox, il-player naqas milli jħalli l-kummenti tiegħu u jidher li qed iħalli lir-rappreżentant tiegħu jinnegozja d-dettalji finali ta’ dan it-trasferiment.

Share With: