Matteo Guendouzi segwit minn Valencia

Il-club li jilgħab f’La Liga Spanjola, Valencia, avviċina lil Arsenal biex jikseb is-servizzi tal-midfielder Matteo Guendouzi. Huwa għandu 21 sena u spikka ferm mal-Gunners kemm ilu magħhom sa mis-sena 2018. Fil-fatt huwa lagħab 57 darba magħhom iżda naqas milli jiskorja goals. 

Min-naħa tagħhom, Arsenal huma lesti jisimgħu xi offerti mingħand il-club min-naħa t’isfel ta’ Spanja. L-għan tal-Ispanjoli hu dak li jġibu lil dan il-player fuq bażi ta’ self.

Guendouzi lagħab l-aħħar logħba mal-Gunners f’Ġunju li għadda fil-telfa ta’ 2-1 li huma sofrew kontra Brighton.

Share With: