Mattia De Sciglio ma’ Roma?

Jidher li AS Roma se jkunu qed jirriflettu ferm fuq id-dipartiment difensiv fejn wara li kważi għalqu t-trasferiment ta’ Marash Kumbulla mingħand Verona, issa jmiss lid-difensur ta’ Juventus, Mattia de Sciglio, li jista’ jingħaqad mal-Giallorossi. 

Anke dan it-trasferiment jidher wieħed imminenti hekk kif il-ġurnalist magħruf, Gianluca di Marzio, ħabbar li De Sciglio se jkun parti mill-ftehim li minnu l-attakkant ta’ Roma, Edin Dzeko, ikun jista’ jingħaqad ma’ Juventus. Dawn tal-aħħar qed ifittxu attakkant fejn wara li Gonzalo Higuain ingħaqad ma’ Inter Miami, Dzeko jibqa’ l-prijoritá ewlenija.

Finalment De Sciglio jista’ jingħaqad ma’ Roma fuq bażi ta’ self b’għażla li jinxtara  għal kollox fl-istaġun ta’ wara.

Share With: