“Mhux aċċettabbli li wied l-ewwel jiġi stuprat, joħroġ enforcement, xorta nisfidaw u jitkompla x-xogħol u mbagħad nitolbu li ningħataw maħfra”

“Mhux aċċettabbli li wied l-ewwel jiġi stuprat, joħroġ enforcement, xorta nisfidaw u jitkompla x-xogħol u mbagħad nitolbu li ningħataw maħfra.” Hekk ikkummentat Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli f’post li ppubblikat fuq il-midja soċjali fir-rigward ta’ proġett fil-Wieda tar-Rabat li jidher li huwa intenzjonat għal trobbija ta’ annimali.

“Fejn hi l-imħabba l-imħabba għall-ambjent li tant issostnina? Fejn hu l-interess fil-ġejjieni ta’ wliedna?” kompliet tisħaq il-Ministru Farrugia Portelli.

Tenniet li l-istess bħalma fil-passat kienet ħarġet kontra proġett fis-Saqqajja, fejn djar antiki kien se jintilfilhom il-karatteristika unika tagħhom, l-istess ma taqbilx “ma’ dan l-isfreġju f’ODZ”.

Share With: