“Mhux se nagħti l-organi lil dawk li jieklu l-laħam”… jgħajruha ‘bla qalb’

Il-kwistjoni marbuta mad-donazzjoni tal-organi ħadet żvolta ġdida fl-aħħar sigħat u dan hekk kif attivista veġetarjana iddikjaraw li hi ma kinitx lesta li tagħti bħala donazzjoni l-organi tagħha għal persuni li jkunu jieklu il-laħam.

Il-persuna magħrufa sew fl-Istati Uniti bħala Miss Kadie, u li kellha xejn inqas minn miljun segwaċi, infurmat lis-segwaċi tagħha bid-deċiżjoni tagħha u anke għamlet filmat fuq is-sit Tik Tok.

“Qabel sirt għalliema jien kont infermiera. Ħdimt bħala infermiera għal 25 sena. Dejjem tkellimt fuq l-importanza li niffirmaw għad-donor cards. Din is-sena għall-ewwel darba ma iffirmajtx. Dawk il-persuni li jien irrid li nagħti l-organi lilhom iridu ikunu attivisti tal-annimali u ma jiklux laħam. Dan għax naf li dawn ma jkunux se joqtlu annimali.”

Id-dikjarazzjoni tagħha qajmet kontroversja sħiħ b’ħafna jgħajruha ‘bla qalb’.

Share With: