Milan jitħajru għal Lucas Torreira wkoll

Wara li kisbu s-servizzi ta’ Sandro Tonali mingħand Brescia, AC Milan beħsiebhom isaħħu l-iskwadra sabiex ikunu protagonisti għall-istaġun. Wara l-wirja konvinċenti u r-rebħa barra minn darhom kontra Shamrock Rovers, il-coach Stefano Pioli qed jittama li d-diriġenti tiegħu jaslu biex jakkwistaw player ieħor b’mod partikolari midfielder.

Ir-Rossoneri se jkunu qed jissieltu ma’ Torino u Fiorentina għall-akkwist ta’ Lucas Toreira li bħalissa jinsab fuq il-kotba ta’ Arsenal. Huwa fatt magħruf li dan il-player se jkun qed jirritorna jilgħab fis-Serie A Taljana bil-coach Pioli li jogħġbu ferm l-istil li bih jilgħab dan il-player.

Torreira lagħab ukoll ma’ Pescara u Sampdoria qabel ma’ ssieħeb ma’ Arsenal fis-sena 2018.

Share With: