Milan Skriniar segwit minn Paris St Germain

Paris St Germain qed jikkunsidraw li jakkwistaw lid-difensur Slovakk ta’ Inter, Milan Skriniar. Dan il-player ta’ 25 sena jista’ jkun is-sostitut ideali ta’ Thiago Silva li ħalla lill-Pariġini biex ingħaqad ma’ Chelsea. 

Għalkemm PSG għadhom ma kkuntattjawx lid-direttur sportiv ta’ Inter, Giuseppe Marotta, huma beħsiebhom jagħmlu dan fil-jiem li ġejjin minħabba li l-coach, Thomas Tuchel, jammira ħafna l-kwalitajiet difensivi ta’ dan il-player.

Skriniar ilu ma’ Inter sa mis-sena 2017 fejn lagħab 105 partiti u skorja erba’ goals. Fil-passat huwa lagħab ukoll ma’ Zilina u Sampdoria.

Share With: