Miljuni ordnati biex jiġu evakwati minn djarhom fil-Ġappun minħabba t-Tifun Haishen

Maż-żewġ miljun persuna fil-Ġappun ġew ordnati biex jiġu evakwati minn djarhom filwaqt li ħames miljun persuna oħra ġew imħeġġa biex ifittxu kenn sigur kaġun tat-Tifun Haishen, li jinsab fi triqtu lejn il-peninsula Koreana.

F’Miyazaki, erba’ persuni huma rapportati neqsin wara li l-bini li kienu jinsabu fih ġġarraf f’ċediment tal-art.

Mal-35 persuna oħrajn indarbu u aktar minn 400,000 dar spiċċaw bla provvista tal-elettriku, filwaqt li titjiriet u servizzi tal-bullet trains ġew sospiżi.

Fil-qilla tiegħu, ir-riħ kien ilaħħaq il-200 kilometru fis-siegħa fil-prefattura ta’ Nagasaki.

Share With: