Nelson Semedo viċin li jingħaqad ma’ Wolves

Wolverhampton Wanderers jinsabu f’taħditiet ma’ Barcelona sabiex jaslu għad-difensur internazzjonali Portugiż Nelson Semedo. Huwa għandu 26 sena u ilu mal-Katalani sa mis-sena 2017 fejn skorja żewġ goals fi 82 partita. 

L-għan tal-coach Nuno Espirito Santo hu li jsib sostitut għal Matt Doherty li fil-jiem li għaddew ingħaqad ma’ Tottenham Hotspur. Hu avża lid-diriġenti tiegħu sabiex ipoġġu lil Semedo bħala l-objettiv ewlieni f’dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. 

Sadanittant Barcelona qed jitolbu s-somma ta’ €39 miljun għalih u jidher li l-ftehim jista’ tabilħaqq iseħħ.

Semedo lagħab 13-il partita internazzjonali mat-team nazzjonali Portugiż u fil-passat libes il-flokkijiet ta’ Sintrense u Benfica.

Share With: