Neptunes jissospendu player sa tmiem l-istaġun

F’eku ta’ dak li ġara fil-jiem li għaddew fejn player ta’ Neptunes instab li kien pożittiv għall-Covid-19, fi stqarrija uffiċjali l-istess Neptunes ħabbru li wara investigazzjoni interna huma ssospendew b’effett immedjat u sa tmiem l-istagun lill-istess player li ismu baqa’ mistur.

B’żieda għal dan, membru tal-istaff tal-istess club tefa’ r-riżenja tiegħu u sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni oħra mill-club, huwa mhux se jibqa’ jifforma parti mill-istaff sa tmiem l-istaġun.

Dan filwaqt li l-club ħabbar li qed jirriserva d-dritt li jieħu azzjoni ulterjuri skond kif l-affarijiet ikomplu jiżviluppaw dejjem jekk ikomplu jiġu żvelati iktar fatti marbuta ma’ dan il-każ.

Share With: