New Zealand tirreġistra l-ewwel mewt bil-Covid-19 f’aktar minn tliet xhur

New Zealand irreġistrat l-ewwel mewt bil-Covid-19 f’aktar minn tliet xhur. Dan wara li llum waranofsinhar raġel li għandu bejn 50 u 59 sena, tilef ħajtu kawża tal-virus.

L-uffiċjali tas-saħħa tal-pajjiż qalu li r-raġel kien jagħmel parti minn grupp ta’ infezzjonijiet li ħarġu f’Auckland ix-xahar li għadda.

Il-mewta tar-raġel fl-Isptar Middlemore ta’ Auckland tellgħet it-total ta’ persuni li mietu f’dan il-pajjiż minħabba l-Covid-19 għal 23, bl-aktar każ riċenti jmur lura għall-24 ta’ Mejju. Ġie rrappurtat li dan ir-raġel kien l-iżgħar wieħed li miet bil-Coronavirus fi New Zealand.

Share With: