Neymar pożittiv għall-coronavirus

L-attakkant Brażiljan ta’ Paris St Germain, Neymar, ittestja pożittiv għall-coronvirus, bil-club mil-Ligue 1 jikkonferma li tliet players laqtu l-virus.

Iċ-champions Franċiżi u finalisti taċ-Champions League ma ħabbrux l-ismijiet tal-players  involuti, iżda huwa mifhum li Angel di Maria u Leandro Paredes huma ż-żewġ players l-oħra li ttestjaw pożittiv.

PSG se jkunu qed jibdew bl-impenji tagħhom fil-Ligue 1 iktar tard wara l-impenji tagħhom fiċ-Champions League, bl-ewwel partita tagħhom hija skedata nhar l-10 ta’ Settembru fejn jaffrontaw lil Lens barra minn darhom.

Testjiet pożittivi tal-coronavirus diġá ħarbtu l-bidu tal-istaġun fi Franza, bil-partita tal-ftuħ bejn Marseille u St Etienne tiġi posposta hekk kif Marseille rrapurtaw erba’ testijiet pożittivi.

PSG rebħu t-titlu tal-istaġun li għadda fuq il-mejda wara li ntemm ħesrem f’April.

Share With: