N’Golo Kante jixtieq jibqa’ ma’ Chelsea minkejja l-interess ta’ Inter

Il-player ta’ nofs il-ground Franċiż N’Golo Kante qed jittama li jibqa’ ma’ Chelsea anke matul l-istaġun li ġej. Dan il-player għandu 29 sena u ilu jilgħab fi Stamford Bridge sa minn Ġunju 2016 fejn lagħab 127 partita u skorja disa’ goals. 

Huwa rrappurtat li l-coach ta’ Inter, Antonio Conte, jixtieq lil dan il-player minħabba l-kwalitajiet difensivi tiegħu.

Minkejja li apprezza dan l-interess, Kante saħaq li jixtieq ikompli l-avventura tiegħu fil-belt kapitali Ingliża Londra. Huwa fadallu tliet snin oħra fil-kuntratt u l-objettiv tiegħu hu li jonorah sal-aħħar.

Fil-karriera tiegħu, Kante lagħab ukoll ma’ Boulogne, Caen u Leicester City.

Share With: