Nuno Espirito Santo se jġedded ma’ Wolves?

Il-coach ta’ Wolverhampton Wanderers, Nuno Espirito Santo, għadu mhux ċert fuq il-futur tiegħu f’Molineux. Dan hekk kif qed jistenna lill-ogħla awtoritajiet tal-club biex jipproponu tiġdid fil-kuntratt biex jibqa’ għal aktar snin ma’ dan it-team.

Il-ftehim proprju ma’ Wolves jorbot lil Espirito Santo sal-aħħar ta’ Ġunju li ġej għalkemm ir-rieda tiegħu huwa li jibqa’ jmexxi dan il-grupp ta’ players li s’issa għamlu affarijiet kbar. 

Jidher li hemm ippjanat kuntratt ieħor ta’ tliet snin iżda s’issa ma kienx hemm żviluppi f’dan ir-rigward.

Espirito Santo huwa coach Portugiż li ilu jmexxi lil Wolves sa mis-sena 2017 fejn minn 157 partita rebaħ 81, ġie draw f’40 logħba u tilef 36 konfront. 

Share With: