Operazzjoni maġġuri biex jiġu salvati għadd ta’ persuni maqbudin fin-nirien f’Kalifornja

Tinsab għaddejja operazzjoni maġġuri f’Kalifornja u dan hekk kif għadd ta’ persuni nqabdu f’binja poploari għall-ħażna tal-ilma wara li din inħakmet minn nirien.

Skont rapporti, ħelikopters irnexxielhom isalvaw għexieren ta’ persuni minn madwar iż-żona ta’ Mammoth Pool Reservoir.

Il-membri ta’ salvataġġ qed jirritornaw biex ikomplu b’aktar salvataġġi u f’dan l-istadju mhux magħruf kemm jista’ jkun hemm persuni maqbudin. S’issa jidher li kien hemm żewġ persuni bi ġrieħi serji u madwar għaxra oħra li sofrew xi ġrieħi ħfief.

Dawn in-nirien żviluppaw f’perjodu li fih xi żoni f’Kalifornja qed jesperjenzaw rekord fit-temperaturi għoljin. Fil-jiem li ġejjin dawn iż-żoni qed jistennew temperaturi li jlaħħqu d-49 grad.

Share With: