Paniku fost il-ġenituri biex jixtru l-uniformijiet … Kjuwijiet twal ġranet biss qabel il-ftuħ tal-iskejjel

Miktub minn Carmen Cachia

Il-ġimgħa d-dieħla jiftħu l-bibien tal-iskejjel tagħna u barra t-tibdil li se jkun hemm minħabba miżuri tal-pandemija tal-Covid-19, hemm studenti li minn din is-sena skolastika se jibdew bl-uniformijiet il-ġodda. Għadd ta’ ġenituri ordnaw l-uniformijiet online mentri oħrajn qegħdin imorru fil-ħanut iżda qiegħed jiġri li fejn dan il-ħanut, li huwa l-uniku distributur f’Malta li jbigħ dawn l-uniformijiet, qegħdin jinġemgħu ħafna nies fil-kju bil-konsegwenza li mhix tinżamm id-distanza soċjali mitluba mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Għadd ta’ ġenituri jinsabu inkwetati minħabba li min-naħa jridu jixtru l-uniformijiet ta’ wliedhom, iżda min-naħa l-oħra qiegħed ikun hemm wisq nies f’xulxin b’periklu ovvju mill-imxija tal-Coronavirus.

Dan il-ġurnal ipprova jagħmel kuntatt permezz tat-telefon mad-distributur iżda l-linji huma dejjem okkupati. Fuq dan l-istess numru l-ġenituri huma mistiedna li jċemplu f’każ ta’ diffikultà iżda jekk persuna ma tistax taqbad, kif tista’ tistaqsi l-informazzjoni meħtieġa?

Share With: