Paolo Maldini jitkellem dwar l-objettivi ta’ Milan

Id-direttur ta’ AC Milan, Paolo Maldini, la kkonferma u lanqas ċaħad l-interess tar-Rossoneri għall-midfielder ta’ Chelsea, Tiemoue Bakayoko. Huwa sostna li bħalissa l-club li jagħmel parti minnu għandu diversi għażliet x’jista’ jagħmel hekk kif diversi scouts qed isegwu sew diversi players fit-tentattiv li jsaħħu l-iskwadra tagħhom.

Maldini kien qed jitkellem wara l-partita ta’ ħbiberija li huma kellhom kontra Monza u li fiha ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-1.

Huwa tkellem dwar din il-partita li kellha sinjifikat partikolari minħabba li hi mmexxija minn żewġ amministraturi li xi darba kienu parti mill-ogħla awtoritá ta’ Milan, jiġifieri, Silvio Berlusconi u Adriano Galliani. Dawn tal-aħħar ma kinux preżenti għal-logħba minħabba li Berlusconi jinsab rikoverat l-isptar bil-Covid-19 filwaqt li Galliani jinsab f’iżolament.

Finalment Maldini kkonferma li jinsab kuntent li baqa’ parti mit-tmexxija ta’ AC Milan wara perjodu ta’ inċertezza fil-bidu ta’ din is-sena. Huwa qal li se jagħmel minn kollox biex jara lil dan il-club iżid il-profil tiegħu. 

Share With: