Parma se jiftħu l-ground tagħhom għall-pubbliku

Parma Calcio ħabbru uffiċjalment li se jerġgħu jiftħu Stadio Ennio Tardini għal-logħba ta’ ħbiberija li huma għandhom kontra Empoli. L-għan tad-Ducali huwa li jdaħħlu madwar 1,000 spettatur sabiex jattendu għal din il-logħba li se tintlagħab għada.

Parma marru fuq is-sit elettroniku tagħhom biex iħabbru din id-deċiżjoni u se jkunu qed jiftħu l-faċilitá tagħhom wara kważi seba’ xhur. Fil-fatt l-aħħar logħba li l-partitarji kellhom iċ-ċans jidħlu kienet dik mis-Serie A Taljana kontra Lazio li ntlagħbet, fid-9 ta’ Frar li għadda.

L-istqarrija tgħid li d-diriġenti u l-istaff tal-ground se jkunu qed jimxu mal-protokoll li ħejjiet il-Lega Serie A flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa Taljani. 

Share With: