Patrik Schick jingħaqad ma Bayer Leverkusen

Sar magħruf li Roma rnexxielhom ibiegħu lill-attakkant internazzjonali Ċek, Patrik Schick, li ngħaqad b’mod permanenti ma’ Bayer Leverkusen. Is-somma imsemmija hi dik ta’ €26.5 miljun flimkien ma’ 10 % ta’ qligħ fuq xi trasferiment eventwali tal-player. 

Matul l-istaġun li għadda, Schick qatta’ l-istaġun tiegħu b’self ma’ RB Leipzig. Meta ġie akkwistat mill-Giallorossi lura għas-sena 2017 mingħand Sampdoria, l-attakkant Ċek kien ferm diżappuntanti fil-logħob tiegħu tant li naqas milli jimpressjona lill-coaches li kellu. 

Kien is-sit elettroniku ta’ Roma li kkonferma dan it-trasferiment filwaqt li rringrazzjaw lill-player ta’ 24 sena għall-kontibut li ta lill-club.

Share With: