Pedjatriku jgħid li t-tfal għandhom tarka kontra l-Covid-19

Tabib tat-tfal li huwa wkoll id-direttur ta’ kumpanija ibbażata Malta u li qed tagħmel studju dwar il-Covid19 f’pajjiżna jemmen li t-tfal għandhom tarka li tipproteġihom mill-virus.

Dr Manuele Biazzo huwa pejatriku u d-direttur xjentifiku ta’ The Bio Arte Limited, kumpanija li timpjega tim ta’ xjenzati u viroloġisti u topera mil-Life Sciences Park f’San Ġwann.

Flimkien mal-Medical Laboratory Services u s-St. James Hospital, il-kumpanija qed tistudja l-virus f’Malta biex tara jekk hux l-istess bħal dak ta’ barra jew b’xi mod inbidilx.

Dr Biazzo jemmen li għalkemm il-Covid tista’ tittieħed mit-tfal dawn jidhru li għandhom tark li tipproteġihom mill-agħar effetti tal-virus.

“Waqt li jitpoġġew f’iżolament minħabba li jġorru l-virus ma jidhrux li jbatu minn sintomi li jeħtieġu li jidħlu fi sptar. Din hi xi ħaġa li għandna bżonn nifhmu mill-ewwel u naqsmu mal-kommunità xjentifika kollha”.

Huwa spjega kif l-intenzjoni tal-istudju huwa li tiġi identifikata t-tarka li tipproteġi u jekk tistax tiġi replikata fl-adulti u l-anzjani.

F’dan il-proġett il-kumpanija qed taħdem ma’ Dr Elfath Elniro, Dr Tessabelal Sultana u Paul Sultana, Kap Eżekuttiv tal-Medical Laboratory Services għand is-St. James Hospital.

Share With: