Persuna l-Isptar wara ħabta bejn tliet vetturi f’San Ġiljan

Mara ndarbet f’inċident bejn tliet vetturi li seħħ aktar kmieni għall-ħabta tas-1:30 p.m fi Triq Reġjonali direzzjoni Tas-Sliema.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tliet vetturi; Toyota Aygo misjuqa minn mara ta’ 43 sena residenti Ħal Qormi, BMW misjuqa minn Sirjan ta’ 27 sena residenti l-Ħamrun u Audi A5 mijuq minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Lija kienu involuti f’inċident tat-traffiku.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja. Aktar tard hija rriżultat li qed issofri minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: