Persuna tmut fi splużjonijiet fl-Emirati Għarab Magħqudin qabel il-wasla ta’ delegazzjonijiet mill-Istati Uniti u Iżrael

Mill-inqas persuna mietet u bosta oħrajn indarbu fi splużjonijiet fl-Emirati Għarab Magħqudin qabel il-wasla ta’ delegazzjonijiet minn Iżrael u l-Istati Uniti.

Splużjoni kienet rapportata li seħħet viċin l-Ajruport Internazzjonali ta’ Abu Dhabi, fejn kellha tinżel it-titjira tad-delegazzjonijiet. Splużjoni oħra kienet rapportata li seħħet f’Dubaj, meta sploda ċilindru tal-gass.

L-isplużjoni f’Dubaj ġarrfet għal kollox restorant. Persuna kienet rapportata li mietet f’din l-isplużjoni.

Min-naħa l-oħra l-isplużjoni f’Abu Dhabi qerdet żewġ restoranti. Diversi negozji oħrajn sofrew ħsarat.

L-awtoritajiet saħqu li diversi persuni ndarbu fl-isplużjoni. Il-kundizzjoni tagħhom ġiet deskritta bħala mhux serja.

Share With: