Pierre-Emerick Aubameyang se jintrabat għal tliet snin oħra ma’ Arsenal

L-attakkant mill-Gabon Pierre-Emerick Aubameyang se jkun qed jikkommetti ruħu li jibqa’ ma’ Arsenal.

Il-player ta’ 31 sena se jkun qed jiffirma kuntratt ta’ tliet snin oħra biex ikun jista’ jibqa’ jilgħab fl-Emirates Stadium u jkompli jpaxxi l-għajn tal-partitarji akkaniti tal-club.

Proprjament Aubameyang kien se jiskadielu l-kuntratt tiegħu dalwaqt iżda ddeċieda li jaċċetta l-proposta li għamlulu l-ogħla diriġenti tal-club sabiex jibqa’ magħhom. Filwaqt li hu se jara żieda fis-salarju, fl-istess waqt lest li jkompli jgħin biex it-team ikollu wirjiet tajbin matul l-istaġun li ġej.

Share With: