Player ta’ Fehervar pożittiv għall-coronavirus

Player tat-team Ungeriż, Fehervar FC, li l-Ħamis se jkunu qed jaffrontaw lil Hibernians fit-tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, instab pożittiv għall-Covid-19. L-isem tal-player inżamm mistur.

Dan filwaqt li għadu mhux konfermat jekk il-coach tat-team, Gabor Marton, hux se jkun qed jivvjaġġa mal-iskwadra. Dan wara li l-ewwel test li sar fuqu ma kienx ċar u b’hekk kellu jagħmel it-tieni test fejn għadu qed jistenna r-riżultat finali tiegħu.

Share With: