Player ta’ Torino pożittiv għal COVID-19

Sar magħruf li Torino se jkollhom jieqfu mis-sessjonijiet ta’ taħriġ immexxija mill-coach Marco Giampaolo wara li player, li ma ssemmiex b’ismu, instab pożittiv għall-COVID-19. B’hekk il-players flimkien mal-membri tal-istaff li setgħu kellhom kuntatt miegħu se jkollhom joqogħdu fi kwarantina ta’ 14-il ġurnata.

Din hi daqqa ta’ ħarta mhux biss għall-istess coach Giampaolo li nħatar matul dan is-sajf biex imexxi lil Granata iżda wkoll għall-partitarji tal-club li s’issa għadhom imċaħħdin milli jaraw lit-team favorit tagħhom mill-ground.

Din hi t-tieni darba li xi ħadd mill-club ta’ Torino irriżulta pożittiv għal COVID-19 wara li għaddew mill-istess sitwazzjoni fil-logħob ta’ qabel l-istaġun.

Torino bdew l-impenji tagħhom fil-kampjonat b’telfa barra minn darhom kontra Fiorentina bl-iskor ta’ 1-0.

Share With: