Premier: Zejtun C. u Sta Lucia jaqsmu erba’ goals

Minn Cris Muscat  –  Ritratt: Christine Borg

Zejtun C. …………2

Sta Lucia …………2

Fil-partita inawgurali tal-istaġun 2020/21 bejn id-debuttanti Zejtun Corinthians u Santa Lucia irrenja bilanċ assolut hekk kif dawn temmew il-konfront fi draw ta’ 2-2 biex dan huwa riżultat storiku għaż-Żwieten li kisbu l-ewwel punt fl-ogħla diviżjoni.

Kienu l-Corinthians li ħolqu l-ewwel periklu fit-13-il minuta meta David Kemar Reid ġie wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper ta’ Santa Lucia, Andreas Vella, b’dan isalva bi bravura.

Iżda fl-34 minuta kienu Santa Lucia li fetħu l-iskor meta wara li rċieva l-ballun mingħand il-goalkeeper Andreas Vella, KEVIN ANTE ROSERO minn taħt il-lasti tefa’ ġewwa permezz ta’ xutt fil-baxx, b’dan ikun l-ewwel goal għal dan l-istaġun.

Madankollu, Zejtun ma ma ċedewx u wettqu reaz­zjoni mmedjata … u  fl-44 minuta, setgħu faċilment għamlu l-iskor indaqs.

Dan meta minn qagħda ideali, Jurgen Suda kellu xutt jaħbat mal-wieqfa qabel ma ntemm barra, biex Santa Lucia ħelsuha ħafif.

Kien biss fis-60 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota fit-tieni taqsima, b’Santa Lucia jkunu huma li joħolqu l-periklu permezz ta’ xutt mid-distanza tal-Ġappuniż Rei Tachikawa li għadda ftit għoli.

Zejtun wieġbu sitt minuti wara u kisbu d-draw meta Marcelo Petara Muniz  serva fuq platt tal-fidda lil DAVID KEMAR REID li permezz ta’ xutt mill-viċin tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fil-75 minuta, iż-Żwie­ten qalbu r-riżultat favur tagħhom meta Jurgen Suda pprovda l-assist lejn JOSE JUNIOR FERNANDO GO­MES li x-xutt angolat fil-baxx intemm fir-rokna tax-xibka.

Iżda huma ftit li xejn damu jifirħu hekk kif minuta biss wara l-Luċjani, ġabu l-iskor indaqs meta Rei Tachikawa xeħet cross preċiz lejn KEVIN ANTE ROSERO li minn qagħda tajba kien pront u spara l-ballun fix-xib­ka biex irreġistra wkoll doppjetta … u anke ġie vvutat l-aħjar player fil-ground.

ZEJTUN C.: 1-Christian Cassar, 4-Diego Albanese, 5-Lucas Moreira Gama, 9-David Kemar Reid, 10-Jurgen Suda, 11-Robeiro Santos Do Nascimento, 15-Marcelo Petara Muniz, 19-Gianluca Bugeja (24-Edward Herrera 80), 21-Jose Junior Fernando Gomes (18-Christian Grech 90), 77-Gilmore Azzopardi, 86-Anderson De Barros (8-Dylan Agius 57)  – Coach: Orosco Anonam

STA LUCIA:  1-Andreas Vella I, 4-Junior Andre Fausto Prates Rodrigues, 5-Junior Duarte, 6-Kevin Correia, 8-Leandro Wallace Motta Dos Santos (99-Jeremy Delmar 75), 11, Kevin Ante Rosero, 17-Luiz Victor Prestes Filho, 21-Michael Camilleri (24-Liam McKay 78), 22-Jamie Zerafa, 27-Andreas Vella II (98-Kieran Xuereb 65), 88-Rei Tachikawa    – Coach: xxx

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Ivan Galea

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORERS: K. Ante Rosero 34, 76 (SL), D. Kemar Reid 66, J.J. Fernando Gomes 75 (Z)

AMMONITI: J. J. Fernando Gomes, D. Albanese, M. Petara Muniz (Z) A. Vella II, J. Zerafa (SL)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Kevin Ante Rosero (SL)

Share With: