Priġunier Malti jmut wara attentat ta’ suwiċidju fiċ-ċella tiegħu

Priġunier Malti ta’ 57 sena li kien suġġett għall-proċess ta’ estradizzjoni lejn l-Istati Uniti miet l-isptar Mater Dei wara li prova jagħmel suwiċidju fiċ-ċella tiegħu. Inewsmalta tinsab informata li l-priġunier inkwistjoni huwa Nazzareno Mifsud.

Għall-ħabta tal-5.00 p.m., uffiċjal korretiv intebaħ b’dak li ġara u pprova jagħti l-ewwel għajnuna lil Mifsud.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat mejjet għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija. Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

Share With: