Raġel arrestat wara sejba tad-droga

Ilbieraħ filgħaxija ġie arrestat raġel 29 sena b’rabta ma’ pussess tad-droga.

Waqt li l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga kienu qiegħdin fil-Fgura, ilbieraħ filgħaxija nnutaw lir-raġel jaġixxi b’mod suspettuż waqt li kien f’vettura. Il-Pulizija avviċinaw lir-raġel u wara tfittxija fuqu u fil-vettura, instabet sustanza suspettata droga sintetika.

Ir-raġel li għandu 29 sena u jirrisjedi f’Birżebbuġa ġie arrestat fuq il-post u ttieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ.

Huwa mistenni jitressaq b’arrest il-Qorti fil-ġranet li ġejjin.

Share With: