Rekord ta’ każi ġodda fl-istess jum … Il-każi attivi jitilgħu għal kważi 600

Minn 2,470 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa, irriżultaw 106 każi ġodda ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 22 persuna li rkupraw. Dan wassal biex il-każi attivi f’Malta ta’ persuni infettati bil-Covid-19 issa tela’ għal 591.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 10-il każ ta’ tixrid tal-virus fost qraba, ħames każi ta’ tixrid tal-virus fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ każ ieħor pożittiv, tliet każi minn Dar San Ġużepp u 15-il każ mill-cluster tar-residenza Casa Antonia.

OFFICIAL COVID-19 figures for 16•09•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Wednesday, 16 September 2020
Share With: