Resident taċ-ċentru magħluq ta’ Ħal Far jitlef ħajtu wara attentat ta’ ħarba

Immigrant mis-Sudan li kien qiegħed jinżamm fiċ-ċentru magħluq ta’ Ħal Far miet l-Erbgħa filgħodu fl-Isptar Mater Dei. Jidher li dan il-persuna korra hekk kif waqa’ minn ma’ reċint waqt li kien qiegħed jipprova jaħrab ftit wara l-05:00 a.m.

Dan il-persuna ngħata assistenza medika mill-infermiera taċ-ċentru sakemm waslet l-ambulanza u ttieħed lejn l-isptar. Huwa ġie ċċertifikat mejjet għall-ħabta tal-11:15 a.m.

Il-Maġistrat tal-Għassa Marsianne Farrugia qed tmexxi inkjesta sabiex tistabbilixxi l-fatti marbuta ma’ dan il-każ.

Share With: