Residenza San Ġużepp tirreġistra l-ewwel residenti li fiequ mill-Covid-19

Fl-aħħar sigħat ir-Residenza San Ġużepp ikkonfermat li mill-278 resident kien hemm 113-il persuna minnhom li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19.

Intant wara ħafna aħbarijiet u aġġornamenti negattivi, ftit sigħat wara li kkonfermat dan l-ammont, ir-residenza aġġornat b’aħbar pożittiva.

Skont l-aħħar aġġornament maħruġ mill-istess residenza, mir-riżultati ta’ swabbing kontinwu rriżulta li kienu fiequ l-ewwel seba’ persuni minn fost dawk infettati fl-aħħar ġimgħat.

Update regarding outcome of continuous swabbing. We have registered our first 7 recoveries today.

Posted by Residenza San Guzepp on Wednesday, September 23, 2020
Share With: