RITRATTI: L-attakki tal-11 ta’ Settembru; 19-il sena wara

Illum id-dinja qed tfakkar id-19-il sena mindu seħħew l-attakki tal-11 ta’ Settembru, meta żewġ ajruplani maħtufin iddaħħlu fil-binjiet ikoniċi tat-Twin Towers, li kienu jifformaw il-kumpless tal-World Trade Center, fi New York. Apparti l-attakki fuq it-torrijiet kien hemm ukoll żewġ attakki oħrajn, ukoll ikkordinati mill-grupp terroristiku al-Qaeda.

It-tielet attakk kien jinvolvi ajruplan ieħor maħtuf li twaqqa’ fuq il-binja tal-Pentagon, filwaqt li ajruplan ieħor maħtuf kien intenzjonat li jittajjar lejn Washington, iżda ġġarraf f’għalqa f’Pennsylvania wara li l-passiġġieri rribellaw għat-terroristi li kienu abbord.

F’dawn l-attakki b’kollox mietu 2,996 persuna, fosthom 19-il terrorist ta’ al-Qaeda. Apparti l-vittmi, in-numru ta’ dawk li ndarbu fl-attakki kien jaqbeż il-25,000.

Biex infakkru dak li kien seħħ f’dak il-jum iswed, għażilna 16-il ritratt li baqgħu sinonimi mal-kruha tal-attakki terroristiċi li swew tant ħajjiet innoċenti.

Share With: