Riveduti l-pajjiżi fil-lista l-oranġjo

Il-Ministru responsabbli mis-Saħħa Pubblika jgħarraf li, bis-saħħa tal-artikolu tar-Regolamenti dwar Ittestjar Mandatorju ta’ Ċertu Vjaġġaturi, qed tiġi riveduta l-lista ta’ pajjiżi li tissemma fl-istess regolamenti. Kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista riveduta ta’ pajjiżi indikata hawn taħt għandu jipprovdi PCR COVID-19 test negattiv magħmul mhux aktar minn tnejn u sebgħin (72) siegħa qabel il-wasla tiegħu f’Malta.

Vjaġġaturi ġejjin f’Malta minn xi wieħed fost dawn il-pajjiżi li jonqsu milli jipproduċu dan it-test, jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għall-kwarantina.

Lista Riveduta ta’ Pajjiżi

Spanja (l-ajruporti ta’ Madrid, Barċellona u Ġirona)

Rumanija

Repubblika Ċeka

Tuneżija

Franza (l-ajruporti kollha ta’ Pariġi u Marsilja)

Dan l-avviż dwar il-lista riveduta ta’ pajjiżi ser jidħol fis-seħħ minn nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Settembru, f’nofs il-lejl.

Share With: