Roberto Baggio jiddebutta fis-Serie A 34 sena ilu

Il-ġurnata tat-Tnejn kienet wieħed sinjifikanti għall-ex attakkant internazzjonali Taljan Roberto Baggio li preċiżament 34 sena ilu kien għamel id-debutt uffiċjali tiegħu fis-Serie A Taljana.

Fil-fatt kien il-21 ta’ Settembru 1986 li Baggio mmarka l-ewwel preżenza tiegħu mal-Viola fil-partita li lagħbu kontra Sampdoria u rebħu bl-iskor ta’ 2-0.

Dakinhar “Il Divin Codino”, kif kien magħruf, beda sa mill-bidu din il-partita u ta sehmu f’wieħed mill-goals. 

Dakinhar Baggio beda karriera li tatu opportunitajiet kbar sabiex jesprimi l-logħob tipiku tiegħu wara li libes il-flokkijiet ta’ Vicenza, Juventus, Milan, Inter, Bologna u Brescia. Fis-Serie A hu lagħab 490 partita u skorja 220 goal. 

Huwa lagħab ukoll 56 partita mat-team nazzjonali Taljan u skorja 27 goal.

Share With: