Rodrigo De Paul iżomm lil Leeds fuq ix-xwiek

Il-midfielder ta’ Udinese Rodrigo De Paul qed iżomm lil Leeds United fuq ix-xwiek hekk kif qed jikkunsidra offerta tajba mingħand iċ-champions Taljani Juventus.

Il-player internazzjonali Arġentin kien qed jissemma’ li jista’ jingħaqad ma’ Leeds bil-coach Marcelo Bielsa  wkoll jixtieq is-servizzi tiegħu. Dan il-plejer kien għadu kemm ġedded il-kuntratt ma’ Udinese u jiswa madwar €30 miljun. 

Minkejja kollox, pront daħlu Juventus li permezz tad-direttur sportiv Giuseppe Marotta ikkuntattja lid-diriġenti Friulani. Kif sema’ dan kollu De Paul qed jipposponi d-deċiżjoni tiegħu li jmur jilgħab fin-naħa ta’ fuq tal-Ingilterra biex jara x’se joffru ċ-champions Taljan.

Hu fatt magħruf li l-coach il-ġdid ta’ Juventus Andrea Pirlo jammira ferm il-kwalitajiet tekniċi ta’ dan il-player. De Paul hu wkoll ħabib kbir ta’ Paulo Dybala li hu Arġentin bħalu.

Sadanittant daħlu wkoll Napoli biex jippruvaw jakkwistaw il-firma tiegħu.

Share With: