Rodrigo De Paul lest li jingħaqad ma’ Leeds

Il-player ta’ nofs il-ground ta’ Udinese, Rodrigo De Paul, huwa lest li jħalli lil Friulani sabiex jingħaqad ma’ Leeds United fil-Premier League Ingliż. Bħalissa għaddejjin taħditiet bejn iż-żewġ naħat sabiex jiddeċiedu x’se tkun is-somma li se tiġi mħallsa mill-Peacocks u eventwalment isir dan it-trasferiment.

Huwa rrappurtat li dawn in-negozjati ilhom għaddejjin bosta ġimgħat u jidher li sa fl-aħħar se tkun qed tinstab soluzzjoni. Jidher ukoll li l-player għandu rieda qawwija li jmur jilgħab f’Elland Road sabiex jibda avventura ġdida fil-kampjonat Ingliż.

Sadanittant anke Zenit St Petersburg qed juru interess fil-plejer Sudamerikan li lagħab 141 partita mal-Friulani u skorja 24 goal.

Leeds United iridu jsaħħu l-iskwadra sabiex jikkompetu sew fl-ogħla kampjonat Ingliż speċjalment wara l-wirja konvinċenti li kellhom kontra Liverpool minkejja li tilfu bl-iskor ta’ 4-3.

Share With: