Roma jbiddlu l-istrateġija tagħhom wara l-injury ta’ Nicolo Zaniolo

Napoli qed iniżżlu l-prezz tal-attakkant tagħhom Arkadiusz Milik għal €35 miljun hekk kif Roma mhumiexx interessati aktar li jinkludu lil Cengiz Under bħala parti mit-trasferiment.

Wara li l-midfielder offensiv Nicolo Zaniolo weġġa’ u Edin Dzeko li qed jirrifjuta xi proposti ta’ Juventus u Inter, il-Giallorossi biddlu l-istrateġija tagħhom bil-coach Paulo Fonseca qed jirrevedi wkoll l-iskemi tattiċi tiegħu.

L-istess Fonseca kien ferm diżappuntat li l-player kellu jweġġa’ proprju mat-team nazzjonali Taljan u se jkollu jgħaddi mingħajru għas-sitt xhur li ġejjin.

Aktar qabel Roma kienu se jbiegħu lil Under iżda wara dak kollu li ġara huma ddeċidew li jżommuh għal li jista’ jinqala’.

Sadanittant Napoli u Milik għadhom jistennew xi mossa biex ikunu jistgħu jiċċaqalqu għal xi tip ta’ negozjati differenti.

Share With: