Sam Lammers jingħaqad ma’ Atalanta

Matul il-ġurnata tal-lum għandu jasal fil-belt ta’ Bergamo l-akkwist il-ġdid ta’ Atalanta Sam Lammers. Dan hu attakkant ta’ 23 sena li kien reġistrat ma’ PSV Eindhoven għalkemm f’dawn l-aħħar xhur kien misluf lil SC Heerenveen.

Lammers se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi biex ikun parti mill-iskwadra tal-Bergamaschi għall-istaġun li ġej fejn għal darb’oħra se jiġu mmexxija minn Giampiero Gasperini.

Matul l-istaġun li għadda huwa lagħab 10 partiti ma’ PSV u skorja tliet goals filwaqt li wettaq assist wieħed. Il-kuntratt tiegħu mat-team li jilgħab fil-Phillips Stadium jiskadi f’Ġunju li ġej u hu rrappurtat li naqas milli jsib ftehim ma’ dan il-club għat-tiġdid tiegħu.

Share With: