Sandro Tonali kuntent li se jilgħab ma’ AC Milan

Il-player il-ġdid ta’ AC Milan, Sandro Tonali, fisser li l-ħolma tiegħu li jilgħab mar-Rossoneri saret realtá. Il-player ta’ 20 sena ngħaqad mat-team min-naħa ta’ fuq tal-Italja fuq bażi ta’ self ta’ €10 miljun mingħand Brescia b’għażla li jinxtara għal €15-il miljun fl-istaġun li ġej.

Tonali ammetta li jinsab kuntent li se jkun qed jilgħab ma’ Milan partikolarment ma’ wieħed mill-idoli tiegħu Zlatan Ibrahimovic. Dan wara li huwa mar fi klinika f’Milan fejn kellu t-testijiet mediċi.

Sadanittant fuq is-siti soċjali beda jdur ritratt ta’ Tonali bil-flokk ta’ Milan bil-kliem “Benvenuto” (Merħba).

Il-partitarji ta’ Milan jinsabu sodisfatti ħafna għal dan l-akkwist li għandu jkun strumentali biex tkompli tissaħħaħ l-iskwadra għall-istaġun li ġej.

Share With: