Seba’ players ta’ Besiktas pożittivi għall-Covid-19

Il-club mis-Super League Tork, Besiktas, ġie milqut b’mod negattiv ferm mill-pandemija tal-Covid-19 wara li rriżulta li hemm seba’ plejers pożittivi b’dan il-virus. Apparti minn hekk ħames membri tal-istaff ukoll jinsabu infettati wara swab tests li saru fil-belt ta’ Istanbul tard il-Ġimgħa fil-għaxija.

Kien l-istess club li jilgħab fil-Vodafone Park li kkomunika din l-aħbar permezz tas-sit elettroniku tagħhom.

Besiktas rebħu l-ewwel logħba tal-kampjonat Tork wara skor ta’ 3-1 barra minn darhom kontra Trabzonspor. Fi tmiem il-ġimgħa li ġej huma jmisshom jilagħbu f’darhom kontra Antalyaspor meta tintlagħab it-tieni ġurnata tal-kampjonat. Aktar aħbarijiet dwar xi players li setgħu kienu f’kuntatt ma’ dawk affettwati għadhom qed jiżvolġu bil-coach Sergej Yalcin li għandu biċċa uġigħ ta’ ras biex jgħaqqad l-iskwadra.

Share With: