Sebastian Esposito b’self ma’ Genoa?

Il-futur tal-attakkant żagħżugħ Taljan Sebastiano Esposito huwa ‘l bogħod minn Inter. Dan il-player ta’  18-il sena  matul l-istaġun li għadda ngħata l-opportunitá li jilgħab seba’ logħbiet man-Nerazzurri filwaqt li skorja goal kontra Genoa fil-partita tal-kampjonat li ntlagħbet f’Diċembru li għadda.

Minkejja kollox, id-diriġenti tal-club min-naħa ta’ fuq tal-Italja mhux beħsiebhom ibigħuh iżda jagħtuh b’self fejn diġá hemm Genoa li kkuntattjaw personalment lid-direttur sportiv ta’ Inter, Giuseppe Marotta. Il-ftehim mistenni jseħħ b’mod imminenti, b’Esposito  jista’ jingħata ċ-ċans juri l-kwalitajiet tiegħu u jilgħab football regolari.

Share With: