Sergio Romero bejn Everton u Leeds

Everton u Leeds United qed iħarsu b’interess biex jippruvaw jiksbu l-firma tal-goalkeeper ta’ Manchester United, Sergio Romero. Dan tal-aħħar ftit deher mat-team immexxi minn Ole Gunnar Solskjaer kemm ilu li ngħaqad magħhom ħames snin ilu. Fil-fatt huwa ngħata biss seba’ darbiet ċans biex juri l-kwalitajiet tiegħu.

Jingħad li l-coach ta’ Everton, Carlo Ancelotti, irid ipoġġi xi ftit tal-pressjoni fuq il-goalkeeper regolari, Jordan Pickford, u Romero jista’ jkun l-alternattiva tiegħu. 

Jidher li Romero huwa favorevoli għal din iċ-ċaqliqa minħabba li jrid jilgħab b’mod regolari.

Minkejja kollox, il-club promoss ta’ Leeds United mhux jaqtgħu qalbhom u d-direttur sportiv tagħhom qed ikollu l-ewwel kuntatti mad-diriġenti tal-United. 

Share With: