Sewwieq ta’ mutur imut fix-Xemxija

Sewwieq ta` mutur Ġermaniż ta’ 46 sena tilef ħajtu aktar kmieni waranofsinhar f’inċident tat-traffiku fit-Telgħa tax-Xemxija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 p.m.

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija s-sewwieq tal-mutur ħabat ma’ vettura tat-tip Land Rover misjuqa minn raġel ta’ 36 sena mill-Mellieħa.

Tim mediku ssejjaħ fuq il-post li ta l-ewwel għajnuna lill-Ġermaniż, madankollu huwa kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

Share With: