Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi f’ħabta f’Tal-Barrani

Raġel ta’ 37 sena residenti ż-Żejtun sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-5.45 a.m. fi Triq Tal-Barrani, Ħal Tarxien.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur li kien misjuq mir-raġel ta’ 37 sena, u vettura tat-tip Toyota Corsa li kienet misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti Raħal Ġdid.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur. Aktar tard huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: