Sliema Wanderers jakkwistaw lil Sylvano Comvalius

Tkompli l-kampanja akkwisti ta’ ċertu livell minn Sliema Wanderers hekk kif huma akkwistaw lill-attakkant Olandiż ta’ 31 sena, Sylvano Comvalius.

Fl-aħħar ġimgħat, kien qed jiġi rrapurtat li huwa seta’ jingħaqad mal-ex team tiegħu Hamrun Spartans iżda jidher li ż-żewġ partijiet ma laħqux ftehim bejniethom bil-Wanderers japprofittaw minn dan u jirnxxielhom jipperswadu lil Comvalius biex jingħaqad magħhom.

Minbarra ma’ Hamrun Spartans, fil-passat Comvalius lagħab ukoll ma’ Birkirkara f’pajjiżna. Dan filwaqt li huwa lagħab f’diversi pajjiżi oħra fosthom il-Ġermanja, l-Iskozja, l-Ukrajna u riċentement fl-Indonesja.

Share With: